Kriterji tal-parteċipazzjoni

Id-data ta’ skadenza biex tapplika għall-Premjijiet ta’ Prattika Tajba tal-Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa skadiet

X’tipi ta’ prattika tajba jista’ wieħed jinkludi?

Kwalunkwe eżempju tal-ħajja reali ta’ kif l-istress relatat max-xogħol u r-riskji psikosoċjali ġew ikkontrollati b’mod effettiv jistgħu jkunu inklużi. L-applikazzjonijiet għandhom juru biċ-ċar kif ġiet applikata l-prattika tajba fuq il-post tax-xogħol (eżempji ipotetiċi ma jiġux ikkunsidrati) u jistgħu jinkludu provi ta’:

  • valutazzjoni bir-reqqa tar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol, segwiti minn attivitajiet prattiċi mmirati lejn ilprevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji psikosoċjali, implimentati b’approċċ parteċipattiv;
  • azzjonijiet organizzattivi mmirati lejn it-tnaqqis tal-istress relatat max-xogħol, li jinkludu livelli primarji (it-tneħħija tar-riskji), sekondarji (il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li ma jistgħux ikunu eliminati) u terzjarji (l-għajnuna lill-ħaddiema li jsofru minn stress u problemi psikosoċjali) ta’ intervent;
  • interventi organizzattivi ffukati fuq ir-rwol tal-maniġers għolja u medji fil-ħolqien ta’ ambjent tax-xogħol psikosoċjali tajjeb;
  • l-implimentazzjoni ta’ approċċ ħolistiku lejn is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post taxxogħol, inklużi l-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji psikosoċjali u l-promozzjoni tassaħħa mentali fuq il-post tax-xogħol;
  • l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodod prattiċi għall-valutazzjoni u l-kontroll tal-istress u r-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol.

X’għandha turi l-applikazzjoni?

Il-ġurija ser tkun qiegħda tfittex provi ta’:

  • kontroll ġenwin u effettiv tar-riskji psikosoċjali u tal-istress relatat max-xogħol;
  • interventi innovattivi għall-post tax-xogħol;
  • l-implimentazzjoni b’suċċess tal-interventi;
  • titjib reali u viżibbli fis-saħħa u s-sigurtà;
  • il-kunsiderazzjoni tad-diversità talħaddiema;
  • parteċipazzjoni effettiva u involviment talħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom;
  • is-sostenibbiltà tal-intervent fuq tul ta’ żmien;
  • it-trasferibbiltà għal postijiet tax-xogħol oħrajn (inklużi dawk fi Stati Membri oħrajn u għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju);
  • il-puntwalità (l-intervent għandu jkun jew reċenti jew mhux magħruf ħafna).

Barra minn hekk, l-intervent għandu jissodisfa, u idealment jeċċedi, ir-rekwiżiti leġiżlattivi rilevanti tal-Istat Membru li fih ikun qed jiġi implimentat. L-interventi ffukati fuq l-individwu, bħat-taħriġ, għandhom ukoll juru kif inhuma parti minn approċċ usa’ ta’ kontroll tar-riskji psikosoċjali fuq ix-xogħol.

L-eżempji ta’ prattika tajba m’għandhomx ikunu ġew żviluppati biss bi skop ta’ gwadann kummerċjali. Dan jirrigwarda l-prodotti, l-għodod jew is-servizzi li huma jew jistgħu jkunu kkumerċjalizzati.

Min jista’ jieħu sehem?

L-applikazzjonijiet ta’ prattika tajba jintlaqgħu mingħand intrapriżi jew organizzazzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE, mill-pajjiżi kandidati, mill-pajjiżi kandidati potenzjali u mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, inklużi:

  • intrapriżi individwali;
  • intrapriżi jew organizzazzjonijiet fil-katina ta’ forniment ta’ prodotti, tagħmir jew persunal;
  • min jipprovdi t-taħriġ u l-komunità edukattiva;
  • organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, trejdjunjins u organizzazzjonijiet mhux governattivi;
  • servizzi ta’ prevenzjoni reġjonali jew lokali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, servizzi tal-assigurazzjoni, u organizzazzjonijiet intermedjarji oħrajn;
  • imsieħba uffiċjali tal-Kampanja tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Kif tipparteċipa

Il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba huma kkoordinati fil-livell nazzjonali min-netwerk ta’ punti fokali tal-EU-OSHA: www.healthy-workplaces.eu/mt/about/ focal-points Is-sieħeb tan-netwerk fil-pajjiż tiegħek jipprovdilek id-dettalji dwar kif tista’ tidħol għall-kompetizzjoni.

L-applikazzjonijiet jiġu l-ewwel iġġudikati fil-livell nazzjonali u r-rebbieħa nazzjonali mbagħad jiġu nnominati sabiex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni pan-Ewropea, li fiha jiġu magħżula r-rebbieħa ġenerali.

Jekk inti organizzazzjoni multinazzjonali jew pan-Ewropea u msieħeb uffiċjali tal-Kampanja tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, tista’ tapplika direttament mal-EU-OSHA. Id-dettalji ta’ kif tidħol għall-Premjijiet ta’ Prattika Tajba fil-livell Ewropew jistgħu jinkisbu minn fuq gpa [at] healthy-workplaces [dot] eu

Iżjed tagħrif fil- fuljettPremji għall-Prattika Tajba 2014-2015.