Il-konsolidazzjoni u l-koordinazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali huwa l-ewwel minn seba’ objettivi strateġiċi ewlenin li jinsabu fil-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol 2014 – 2020. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea stiednet lill-Istati Membri biex jirrieżaminaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom b’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti inkluż is-sħab soċjali.
Bl-għajnuna ta’ “punti ta’ kuntatt għal strateġiji nazzjonali”, maħluqa skont il-qafas strateġiku, l-EU OSHA ġabret informazzjoni u kkompilat rapport dwar l-istrateġiji nazzjonali. Attwalment dan ir-rapport jinkludi l-istrateġiji nazzjonali tal-OSH ta’ 25 Stat Membru: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, Ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. L-istrateġiji nazzjonali tal-OSH il-ġodda sejrin jiġu inklużi f’dan ir-rapport fuq bażi dejjem għaddejja.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà tal-kontenut relatata mal-Brexit: Jekk jogħġbok kun af li pubblikazzjonijiet u kontenut ieħor fuq siti web li nħolqu qabel l-1 ta’ Frar 2020 jirreferu għal perjodi meta r-Renju Unit kien Stat Membru, u għaldaqstant jibqgħu relevanti.