Din l-għodda hija s-sors uffiċjali ta’ informazzjoni dwar l-istatus u x-xejriet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) fil-pajjiżi Ewropej.
Indikaturi
Esplora u qabbel id-data tal-UE ma’ dik ta’ pajjiż individwali dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti.
Informazzjoni ġenerika: Sib informazzjoni dwar l-awtoritajiet tal-OSH, il-profili ekonomiċi u tas-settur u l-profili tal-forza tax-xogħol.
Tmexxija tal-OSH: Iċċekkja r-regolamenti tal-UE u dawk nazzjonali u ikseb għarfien dwar l-approċċi tal-pajjiżi għall-istrateġiji tal-OSH u d-djalogu soċjali dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-prevenzjoni: Sir af aktar dwar ir-riskji fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni fil-kumpaniji, l-involviment tal-ħaddiema u il-kultura tal-OSH u s-sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa.
Aċċidenti, mard u benesseri: Sir af aktar dwar aċċidenti fatali u mhux fatali fuq ix-xogħol, mard jew korrimenti relatati max-xogħol u l-perċezzjonijiet tas-saħħa tal-ħaddiema.
Infrastruttura OSH: Sir af aktar dwar l-istatistika, l-istħarriġiet u l-kapaċitajiet ta’ riċerka dwar l-OSH tal-pajjiżi u kif il-pajjiżi jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tal-OSH. It-taqsima tipprovdi wkoll informazzjoni dwar organizzazzjonijiet u programmi internazzjonali.
L-użu tal-għodda ta’ viżwalizzazzjoni tad-data
Uża l-għodda biex tivviżwalizza u tqabbel id-data kwantitattiva. Sib deskrizzjonijiet u links għal aktar informazzjoni għal data kwalitattiva.
L-għodda tippermettilek:
- tara l-indikaturi prinċipali bħala infografika
- tqabbel id-data nazzjonali ma’ pajjiż wieħed jew żewġ pajjiżi, l-UE jew is-snin preċedenti
- tiġġenera u tniżżel grafika jew tesportaha bħala fajl Excel
- tniżżel rapporti dettaljati tal-pajjiż jew rapporti dwar suġġetti speċifiċi, eż. dwar strateġiji nazzjonali
- tikkondividi l-kontenut direttament fuq il-media soċjali
Sorsi tad-data
Id-data ġejja minn sorsi governattivi, awtoritajiet tal-istatistika u stħarriġiet u riċerka Ewropej:
- Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL)
- Eurostat
- Eurofound - Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
- Kumitat ta’ Spetturi Għolja tax-Xogħol
- EU-OSHA – Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
- DĠ EMPL - Punti Nazzjonali ta’ Kuntatt
Dwar il-Barometru tal-OSH
Il-Barometru huwa l-prodott ta’ kollaborazzjoni bejn l-EU-OSHA, id-DĠ EMPL u l-Punti Nazzjonali ta’ Kuntatt tiegħu. Sir af aktar dwar il-metodoloġija.
L-għodda tinżamm aġġornata u taħt rieżami għal aktar żvilupp