Fatturi ta’ riskju tal-kanċer okkupazzjonali fl-Ewropa – il-metodoloġija tal-Istħarriġ dwar l-Esponiment tal-Ħaddiema
Keywords:L-Istħarriġ dwar l-Esponiment tal-Ħaddiema dwar il-fatturi ta’ riskju tal-kanċer fl-Ewropa (WES) jipprovdi informazzjoni dwar l-esponiment probabbli tal-ħaddiema matul l-aħħar ġimgħa tax-xogħol għal diversi fatturi ta’ riskju tal-kanċer magħrufa. Dan ir-rapport jiddeskrivi l-metodoloġija użata għall-iżvilupp tad-WES.
Dan jispjega kif id-WES ġie adattat mill-Istudju Awstraljan dwar l-Esponimenti fuq il-Post tax-Xogħol u l-passi li ttieħdu biex il-kwestjonarju jiġi tradott għal-lingwi tal-Istati Membri tal-UE fejn ġie implimentat. Hu jagħti aktar dettalji dwar l-ittestjar tal-kwestjonarju adattat u l-approċċi sussegwenti għat-teħid tal-kampjuni, ix-xogħol ewlieni fuq il-post, il-kontroll tal-kwalità tad-data u l-ponderazzjoni tad-data.
Dan ir-rapport jipprovdi aktar dettalji u jikkomplementa s-sommarju tal-metodoloġija tad-WES li diġà ġie ppubblikat.