Id-direttivi Ewropej jistabbilixxu l-istandards minimi għas-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol. Id-direttivi tal-UE jiġu implimentati permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli iżjed stretti biex jipproteġu l-ħaddiema imma l-leġiżlazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mal-istandards minimi. B’riżultat ta’ dan, il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa tvarja madwar l-Ewropa.
Lista tal-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni tinsab fl-aħħar ta’ kull transunt tad-direttiva fit-taqsima tal-EU-OSHA dwar id-direttivi Ewropej. Pereżempju, jekk tagħżel id-Direttiva Qafas dwar l-OSH, fl-aħħar tal-paġna ssib link għall-websajt tal-EUR-Lex li telenka l-liġijiet nazzjonali ta’ implimentazzjoni għal din id-direttiva.
Il-Kummissjoni Ewropea wettqet evalwazzjoni tal-implimentazzjoni prattika tad-direttivi tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) tal-UE fl-Istati Membri tal-UE (2015) li hija wkoll miġbura fil-qosor f'rapport ta' sinteżi iqsar.
Iżjed informazzjoni dwar il-liġijiet nazzjonali tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali hija disponibbli wkoll fl-artikli tal-OSHwiki dwar is-sistemi nazzjonali.
Sir af aktar dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali billi tikkuntattja l-punt fokali tal-EU-OSHA rilevanti tal-Istat Membru li inti interessat fih.