L-integrazzjoni tal-OSH fl-edukazzjoni

Image
Mainstreaming OSH into education. Two kids wearing ear protection headsets

L-integrazzjoni tal-OSH fl-edukazzjoni tfisser li tiġi inkluża b’mod sistematiku fil-lezzjonijiet fil-klassijiet. Idealment din issir parti mill-ħajja ta’ kuljum għall-istudenti, il-ġenituri u l-persunal.

Jekk it-tfal jibdew jitgħallmu dwar is-saħħa u s-sigurtà meta jibdew jitgħallmu kif jaqraw u jiktbu, dawn isiru parti naturali mill-mod ta’ kif jaħdmu, jilagħbu u jgħixu. Jiżviluppaw attitudni tajba lejn is-saħħa u s-sigurtà li tibqa’ magħhom tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom.

Ibda min età żgħira, ibqa’ sigur: edukazzjoni b’suċċess dwar l-OSH

L-aħjar metodu huwa li l-OSH tiġi integrata f’suġġetti individwali aktar milli tiġi mgħallma bħala suġġett għalih waħdu. It-tagħlim ibbażat fuq l-attività u l-eżempji mill-ħajja reali jgħinu biex iwasslu l-messaġġ lit-tfal u ż-żgħażagħ. Il-messaġġi ewlenin jistgħu jiġu mtennija b’modi differenti għal gruppi ta’ etajiet differenti, kemm jekk fl-iskejjel primarji kif ukoll jekk fil-kulleġġi tat-taħriġ vokazzjonali.

L-approċċ ta’ skola sħiħa huwa l-mudell ideali. L-integrazzjoni tal-OSH fl-edukazzjoni ulterjuri hija iżjed diffiċli u inqas żviluppata tajjeb, b’mod partikolari fl-universitajiet. Madankollu, japplika l-istess mudell ta' ‘istitut sħiħ’. In-netwerking u l-ħidma fi sħubija mal-awtoritajiet tal-OSH huma kontributuri ewlenin għall-integrazzjoni b’suċċess.

Integrazzjoni tal-OSH fil-ħajja tal-iskola

L-approċċ ta’ skola sħiħa jikkombina l-edukazzjoni u l-ġestjoni tal-iskola. L-istudenti u l-persunal jaħdmu flimkien biex jagħmlu l-iskola post tax-xogħol u tat-tagħlim sigur u f’saħħtu permezz ta’:

  • L-edukazzjoni dwar ir-riskji u l-ġestjoni tal-OSH, eż. bl-involviment tal-istudenti fl-identifikazzjoni tal-perikli
  • L-edukazzjoni u l-promozzjoni dwar is-saħħa, eż. inizjattivi ta’ skejjel f’saħħithom
  • Il-promozzjoni tad-dinjità u r-rispett għal kulħadd, eż. kampanji kontra l-bullying
  • Il-ħarsien tal-ambjent, eż. l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ

Għajnuniet għall-integrazzjoni b’suċċess

Minn studji ta’ każijiet nafu x’jgħin biex jaħdem l-approċċ ta’ skola sħiħa:

  • It-tmexxija mill-kap tal-iskola biex timmotiva lill-persunal u lill-istudenti
  • L-involviment tal-istudenti, il-ġenituri u l-persunal
  • Il-provvista ta’ appoġġ u għodda prattiċi; ir-riżorsa ‘
    Napo għall-għalliema
    ’ kienet ta’ għajnuna hawnhekk
  • Taħriġ għall-għalliema
  • In-netwerking bejn l-iskejjel
  • Il-kooperazzjoni bejn l-OSH u l-awtoritajiet tal-edukazzjoni
  • L-użu tal-prattika u l-ħolqien ta’ rabta bejn l-edukazzjoni dwar ir-riskji u s-suġġetti li jkunu qed jiġu mgħallma

Aktar informazzjoni: