L-Artikolu 255 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, implimentat permezz tar-Regolament 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001, jagħti d-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni lil kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni u lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tgħix, jew li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, fi Stat Membru.
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol hija impenjata li ttejjeb it-trasparenza u f’Mejju 2004 adottat ir-Regolament 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti b’deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv.
L-aċċess għad-dokumenti huwa rregolat mir-regoli u d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li ġejjin:
- Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145 tal-31.05.2001)
- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1654/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2062/94 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU L 245 tad-29.09.2003)
- Id-deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 210 tal-11.06.2004)
Ir-reġistru jindika liema dokumenti diġà ġew rilaxxati għall-pubbliku. F’dak il-każ, il-kontenut tagħhom jista’ jintwera u jitniżżel direttament mid-dejtabejż.
Ara r-reġistru tad-dokumenti disponibbli
Biex tikseb dokumenti li mhumiex aċċessibbli mir-reġistru, jeħtieġ li timla u tibgħat il- formola tat-talba.
It-talbiet jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta’ ittra jew posta elettronika mibgħuta fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lill-:
Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
Taqsima tad-Dokumentazzjoni
12 Santiago de Compostela 5th floor (Edificio Miribilla)
Bilbao
E-48003
Spanja
Posta elettronika: docrequest [at] osha [dot] europa [dot] eu
L-aċċess għad-dokumenti koperti mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikoli 4 u 9 tar- Regolament 1049/2001 jista’ jkun ristrett.
Jekk jogħġbok innota li kwalunkwe referenza li hemm fir-reġistru mhix legalment vinkolanti. Huma vinkolanti biss l-atti legali ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali.