L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tippreżenta l-Premju tal-Films Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'L Quddiem is-Saħħa għall-aħjar film dokumentarju relatat max-xogħol. Il-premju jingħata bħala kategorija fil-festival tal-film dokumentarju Doclisboa f'Lisbona, il-Portugall. Doclisboa huwa parti mid-Doc Alliance – sħubija kreattiva bejn seba’ festivals ewlenin Ewropej ta’ films dokumentarji. Mill-2009 sal-2019 il-premju ġie ppreżentat fil-Festival Internazzjonali ta’ Leipzig għal Films Dokumentarji u Animati.
Flimkien mal-fond ta’ premju ta’ EUR 5000, l-EU-OSHA tiffinanzja wkoll is-sottotitolar tal-films rebbieħa f’diversi lingwi Ewropej biex jintużaw mid-diretturi u jitqassmu fost in-netwerk nazzjonali tal-EU-OSHA (Punti Fokali) fl-Istati Membri tal-UE u pajjiżi oħra Ewropej.
Il-premju jonora dokumentarju li jiffoka fuq il-bniedem li qiegħed f’dinja tax-xogħol li qiegħda tinbidel. Il-film għandu jindirizza l-effetti tal-bidla politika u dik ekonomika dwar il-mod kif ngħixu u naħdmu, jew suġġetti relatati max-xogħol bħal kundizzjonijiet fiżiċi u psikosoċjali, riskji eżistenti u ġodda fuq ix-xogħol.
L-informazzjoni dwar ir-regoli, ir-regolamenti u l-iskadenzi għall-applikazzjonijiet tista’ tinstab fuq is-sit web ta’ Doclisboa.
Rebbieħa tal-premju 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020, 2021, 2022, 2023