Il-linji gwida huma dokumenti mhux vinkolanti maħsuba biex iħaffu l-implimentazzjoni tad-direttivi Ewropej.
Hemm tipi differenti ta’ linji gwida, bħal linji gwida prattiċi mill-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxu l-aħjar prattika għall-prevenzjoni tar-riskji, Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, ftehimiet mas-Sħab soċjali tal-UE, u oħrajn.
Linji gwida skont is-suġġett
-
Postijiet tax-xogħol, tagħmir, sinjali, tagħmir personali protettiv
-
Dispożizzjonijiet dwar l-ammont ta’ xogħol, ir-riskji ergonomiċi u psikosoċjali
-
Dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur u relatati mal-ħaddiema
Is-sommarji tal-linji gwida huma disponibbli bl-Ingliż biss, iżda l-links iwasslu għal aktar verżjonijiet lingwistiċi disponibbli.