Il-ħolqien ta’ Suq Uniku Diġitali Ewropew huwa wieħed mill-10 prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea.
Proġett prospettiv tal-EU-OSHA qed iħares lejn l-impatt fuq xogħol ta’ żviluppi rapidi fit-teknoloġiji diġitali, inklużi l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika, u l-impatt potenzjali li jirriżulta fuq is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH). Dan il-proġett għandu l-għan li jipprovdi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-UE, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lit-trejdjunjins u lill-impjegati bl-informazzjoni li jeħtieġu dwar bidliet fit-teknoloġiji diġitali, l-impatt tagħhom fuq in-natura u l-organizzazzjoni tax-xogħol, u l-isfidi emerġenti għall-OSH li dawn jistgħu jġibu magħhom.
Pubblikazzjonijiet rilaxxati bħala riżultat tal-proġett
-
Prospettiva dwar riskji okkupazzjonali ġodda u emerġenti tas-saħħa u s-sikurezza assoċjati mad-diġitalizzazzjoni sal-2025 - Rapport u Sommarju
- Fuljett
Studji ta’ segwitu li jħarsu aktar lejn oqsma u sfidi importanti
-
Il-Ħarsien tal-Ħaddiema fl-Ekonomija tal-Pjattaforma Online: Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi regolatorji u ta’ politika fl-UE - Rapport u Sommarju
-
Workshop dwar Il-Ħarsien tal-ħaddiema fl-ekonomija tal-pjattaforma online
Esplora l-karti kollha ta’ diskussjoni ta' esperti dwar l-ICT/diġitalizzazzjoni u l-OSH
Dawn l-attivitajiet għandhom jikkontribwixxu għall-iżgurar ta’ postijiet tax-xogħol sikuri u ħielsa mill-periklu fil-futur, f’konformità ma’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-UE.