In-negozju tiegħek juża sustanzi perikolużi? Inti kompletament konxju tal-obbligi legali tiegħek? L-għodda elettronika għas-sustanzi perikolużi tagħna tista’ tgħinek. Din hi gwida interattiva bbażata fuq il-web li tipprovdi lill-impjegaturi bl-appoġġ u b'pariri li għandhom bżonn biex jimmaniġġjaw b’mod effettiv is-sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol.
Skont l-input tiegħek, din tipprovdi sfond u informazzjoni dwar il-prattika tajba, imfasslin apposta u faċli biex jinftiehemu, pereżempju dwar ir-riskji, it-tikkettjar, il-leġiżlazzjoni, il-miżuri ta’ prevenzjoni u ħafna aktar. L-għodda elettronika tiġġenera rapport relatat mas-sitwazzjoni tan-negozju individwali tiegħek dwar l-immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi, inkluż rakkomandazzjonijiet għal titjib.