Is-sħab tal-media tagħna jirrappreżentaw grupp magħżul ta’ ġurnalisti u edituri, iddedikat għall-promozzjoni attiva tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) fl-Ewropa kollha.
B’fokus partikolari fuq il-Kampanji dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, is-sħubija tal-media toffri opportunitajiet uniċi biex il-mezzi tal-media jkunu involuti b’mod attiv. Permezz ta’ sħubija magħna, dawn jistgħu jibbenefikaw minn żieda fil-viżibbiltà, reputazzjoni msaħħa, u opportunitajiet ta’ networking siewja mal-esperti tal-OSH, mas-sħab u mal-pari tal-EU-OSHA.
Huwa meħtieġ li l-persuna ta’ kuntatt ewlenija jkollha għarfien prattiku tal-Ingliż fuq livell professjonali, peress li l-komunikazzjoni kollha se tkun bl-Ingliż.
Skopri l-offerta ta’ sħubija tal-media.
Jekk int interessat li tingħaqad fl-iskema, jekk jogħġbok ikkuntattja lil news [at] osha [dot] europa [dot] eu.