Rebbieħ tal-Premju 2017

Rebbieħa tal-Premju tal-Film ta’ Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tal-2017

Before the bridge | l-Istati Uniti | Lewis Wilcox

Dan hu film dokumentarju qasir bl-għan li tinxtered sensibilizzazzjoni dwar kif l-awtomatizzazzjoni ser taffettwa l-futur tal-umanità. Dehriet ċari minn karozza li tinstaq ta’ xenarji post-apokalittiċi: bini rrovinat ta’ fabbriki, djar imġarrfa, arja tqila. Imbagħad: immaġnijiet mingħajr trab ta’ mħażen enormi, idejn robotiċi, forklifts. Katalgu ta’ ritratti ta’ diżastru jiltaqa’ ma’ storja ta’ fantaxjenza. M’hemm l-ebda superlattiviżmu ta’ Hollywood, iżda l-effetti tal-awtomatizzazzjoni u tar-robotizzazzjoni tad-dinja tax-xogħol. L-eżempju: Indiana. Daqqa t'għajn ta’ malajr lejn l-Amerika ta’ Trump – u l-futur tal-ekonomija.

Ara t-trailer

Sit web tal-film

Turtle Shells | il-Ġermanja | Tuna Kaptan

Liġijiet Ewropej dwar il-protezzjoni tal-annimali, operazzjonijiet barranin tal-Forzi Armati Ġermaniżi u fekruna maqbuda, li l-qoxra tagħha ġiet miżbugħa bil-bandiera tar-ribelli Sirjani. Kollha jkunu mexjin lejn ċentru ta’ salvataġġ tar-rettili fi Munich, immexxi minn Dr. Markus Baur. Speċjalista tal-armata Ġermaniża qiegħed jitgħallem kif iġib ruħu ma' rettili perikolużi - hu jrid jibqa’ kalm, jaqbad, jinnewtralizza. Sadanittant, Baur jinforma lis-sid Sirjan tal-fekruna li probabbilment il-fekruna mhux se tingħatalha lura taħt il-liġi Ewropea dwar il-protezzjoni tal-ispeċi. Film b’diversi perspettivi f’nofs terrarji tal-ħġieġ li jesplora r-rabtiet bejn l-annimali, il-bnedmin u l-gwerra.

Ara t-trailer

Nomina speċjali

Alien | it-Turkija | Morteza Atabaki

U mis-silenzju u mid-dlam tistenbaħ ... ħlejqa li tiċċaqlaq u ddur kollha kemm hi. Imgħażel bojod, sofor u lewn id-deheb f’rotazzjoni sinkronizzata vigoruża. Iduru f’piruwetti jleqqu f’ħanut tax-xogħol qadim mimli toqob u fetħiet żgħar, huma jdawwru l-ħajta l-kbira, fejn jissagrifikaw lilhom infushom. F’nofs is-sħana u l-istorbju tal-erwieħ tal-magna storika hemm raġel anzjan ħotbi, xi drabi jħaddem sinna, xi drabi jħaddem il-konduttur.

Ara t-trailer

Nomini

  • When the Bull Cried (il-Belġju, il-Bolivja, dir. Karen Vázquez Guadarrama, Bart Goossens)
  • Dying Breed (ir-Renju Unit, dir. Mick Catmull)
  • Time to Read Poems (il-Korea t’Isfel, dir. Soojung Lee)
  • Machines (l-Indja, il-Ġermanja, il-Finlandja, dir. Rahul Jain)
  • The Mermaid Kingdom (il-Messiku, dir. Luiz Rincón)
  • Carbon Nights (l-Iżvizzera, dir. Robert Müller)
  • Delta (l-Ukraina, il-Ġermanja, dir. Oleksandr Technyskyi)